About Jeffrey
Jeffrey twieled fis-27 ta’ Novembru, 1963 f’tas-Sliema lil Rennie u Lisette nee Orlando Smith. Trabba H’Attard. Attenda l-kullegg De La Salle fil-Cottonera sa minn ckunitu. Fil-fatt sar attiv politikament ghall-ewwel darba meta kien hemm kwistjoni li fiha Gvern Laburista mmexxi minn Duminku Mintoff ipprova jaghmilha impossibli li tattendi Sixth Form f’iskola tal-Knisja. Jeffrey, li dak iz-zmien kellu hmistax il-sena, hass li din kienet sitwazzjoni inaccettabbli u beda jghaqqad l-istudenti shabu biex jipprotestaw.
Meta kien l-Universita gie maghzul minn shabu bhala r-rapprezentant taghhom fil-Faculty Board tad-Dentistrija kif ukoll fil-Kunsill Studenti Universitarji.
Ghamel zmien twil attiv hafna fil-kumitati lokali tal-PN f’H'Attard.
Ghandu tlett itfal; Jennifer, Gregory u Marija. Iqishom bhala l-ewwel prijorita ta’ hajtu.
Ilu jghix u jahdem bhala dentist f’Haz-Zebbug mill-1987. Ikkontesta ghall-ewwel elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl’1993 u kien l-ewwel kandidat elett f’isem il-PN f’dan ir-rahal. Ikkontesta u gie elett fl-elezzjonijiet generali ta’ l-1996, 1998 u tas-sena 2003.
Kien mahtur bhala r-rapprezentant tal-Gvern Malti fl’Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa fl’1998. Gie maghzul bhala il-kap tad-delegazzjoni Maltija ghall-Kunsill ta’ l-Ewropa fis-sena 2003. Gie mahtur Vici-President ta’ l-Assemblea ghal sentejn in fila.
Ikkontesta ghall-elezzjonijiet generali tas-sena 2008 fuq zewg distretti, is-seba (Rabat, Zebbug, Mgarr, Dingli u Mtarfa) u l-hdax (Mosta, Attard, Balzan u Mdina). Gie elett mit-tnejn li huma.
Ihobb il-muzika rock u l-gruppi favoriti tieghu, fost ohrajn, huma l-Pink Floyd, U2, Dire Straits, Police u Nickleback. L-ikel favorit tieghu huwa dak Taljan, partikolarment l-ghagin, izda (biex ipatti ghal dnubietu) izomm ma l-Inglizi fil-Futbol. Isemmi bhala d-delizzji tieghu l-qari, snorkling u mixjiet twal fil-kampanja.





